Pazjenti Tal-Onkoloġija Se Jingħataw Il-Vaċċin Qabel Ma Jibdew Il-Kimoterapija

 Pazjenti Tal-Onkoloġija Se Jingħataw Il-Vaċċin Qabel Ma Jibdew Il-Kimoterapija

Min-nhar l-Erbgħa l-pazjenti tal-onkoloġija li jkunu waslu biex jieħdu l-kimoterapija se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-COVID-19.

Dan sabiex dawn l-individwi ikunu protetti mill-COVID-19 qabel ma tiddgħajjef l-immunita tagħhom.

Dan il-proċess se jkun organizzat mill-Isptar Mater Dei stess u se jkunu l-konsulenti tal-pazjenti li jindikaw meta se jingħataw il-vaċċin, skont protokol li ġie stabbilit mill-Awtoritajiet għas-Saħħa.

Pazjenti tal-onkoloġija li qegħdin jieħdu l-kimoterapija bħalissa se jkunu qed jingħataw data iktar ‘il quddiem, mill-istess konsulenti, skont il-qagħda tas-saħħa tal-pazjenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com