Permezz Ta’ Kaxxa Għat-Trabi Barra Daru Sa Issa Salva Kważi 1600 Tarbija

 Permezz Ta’ Kaxxa Għat-Trabi Barra Daru Sa Issa Salva Kważi 1600 Tarbija

Feature maħdum minn Nas Daily jirrakonta l-istorja ta’ raġel li huwa ta’ isipirazzjoni għal bosta, Pastor Lee mill-Korea t’Isfel.

Pastor Lee jispjega kif fil-Korea t’Isfel omm li tkun single ġeneralment ma tkunx tista’ trabbi lil uliedha b’mod dinjituż u sikur, hekk kif il-kultura tal-pajjiż ma tittollerax li mara jkollha tarbija barra miż-żwieġ. B’hekk, nisa li joħorġu tqal għal raġunijiet varji jispiċċaw biex jabbandunaw lill-uliedhom fl-isptarijiet, fit-toroq u ġieli anki fiż-żibel.

Tletin sena ilu, Pastor Lee kellu tarbija li kellha kumplikazzjonijiet ta’ saħħa u b’hekk qatta’ sigħat twal fl-isptar fejn seta’ josserva din is-sitwazzjoni aktar mill-qrib. Kien jara trabi jiġu abbadunati riżultat ta’ tqala f’età tenera jew inkella riżultat ta’ stupru. Filwaqt li qed jaħdem sabiex il-kultura tinbidel u s-soċjetà tibda’ taċċetta lil dawn l-ommijiet u lil uliedhom, Pastor Lee ħoloq il-baby box fejn nisa li jwelldu tfal li ma jkunux jistgħu jrabbu jħalluhom mod anonimu. It-toqol tat-tarbija malli titpoġġa fil-kaxxa jagħmel ħoss fid-dar ta’ Pastor Lee sabiex hu jew xi ħadd mill-familja tiegħu imur u jiġbor it tarbija f’temp ta’ ftit sekondi. Wara li jiġbor it-tarbija, Pastor Lee jieħu ħsieb li jikkuraha u jtiha dak kollu li jkollha bżonn sakemm jirnexxielu jgħaddiha f’orfanatrofju għat-trobbija.

Apparti din l-għajnuna huwa qed jgħin ukoll ommijiet li jagħżlu li jżommu t-tarbija minflok ma jtuha għall-addozzjoni. Huwa jagħmel dan billi jipprovdilhom għajnuna finanzjarja, oġġetti li jkollhom bzonn, imħabba u sapport. Jgħinhom imorru kontra t-tabù u jgħixu ħajjithom kif jixtiequ huma, lil hinn minn dak li tistenna s-soċjetà minnhom.

Segwi l-filmat u r-rakkont ta’ Pastor Lee u Nussier minn Nas Daily hawn taħt:

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Nas Daily (@nasdaily)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com