Qatt Staqsejtu: Kif F’Diċembru Nagħtu L-Flus Imbagħad Spiss Kattivi Fuq Fb?

 Qatt Staqsejtu: Kif F’Diċembru Nagħtu L-Flus Imbagħad Spiss Kattivi Fuq Fb?

Wara li għaddejna minn xahar sabiħ ta’ ġenerożità fejn rajna miljuni ta’ flus jinġabru mill-poplu Malti u Għawdxi f’maratoni li saru f’Diċembru u bl-aħħar waħda tkun fl-ewwel tas-sena, bla ma trid tistaqsi lilek innifsek: Imma għaliex imbagħad tara l-mibegħda fuq facebook u tgħajjir lejn xulxin?

F’Diċembru jsiru bosta maratoni, miż-żewġ partiti, l-Istrina u fl-ewwel tas-Sena, dik mid-Dar Tal-Providenza. Naraw clips emozzjonanti li bla dubju jfakkruk li aħna m’aħna xejn iżda bħal għasafar tal-passa li għandna ħajja mislufa għal ftit żmien u li biha nippruvaw nieħdu gost u ngħixu bl-aħjar mod li nistgħu.

Mentri fuq facebook x’jiġri? Spiss naraw nies jaqbdu ma’ oħrajn, jikkumentaw biex iwaqqgħu l’isfel lil ħaddieħor, għira u pika… isir żball inbiċċru bniedem meta ftit qabel konna suppost magħqudin f’mumenti ta’ solidarjetà. Tibda tgħid imma possibbli?

Tgħid dan isir biex mingħajr ma nintebħu għaliex aħna lkoll umani u nerġgħu niżbaljaw? Jew hemm min itieh gost li jweġġa’ lil ħaddieħor?

Intom x’taħsbu dwar dan?!

 

Ritratt: medium.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com