Qatt Żort Il-Postijiet Storiċi Fil-Kalkara?

 Qatt Żort Il-Postijiet Storiċi Fil-Kalkara?

Ġiet inawgurata rotta kulturali u storika (Heritage Trail) fil-Kalkara. Raħal żgħir b’wirt storiku li għandu jiġi apprezzat aktar.

Dan il-proġett li għandu l-għan li jippriserva u jippromwovi l-wirt Kalkariż gie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima flimkien mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara u l-Kunsill Lokali.

Dan ir-rotta tikkonsisti fi 15-il stand tal-istainless steel imwaħħla f’siti importanti fil-Kalkara, u b’informazzjoni mnaqqxa fuqhom bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll kodiċi QR li jwassal lill-utent għal ritratti u informazzjoni addizzjonali online.  Apparti dan, ġiet iddisinjata u stampata mappa turistika tal-Kalkara mid-disinjatur Alfie Gatt, li hija disponibbli b’xejn fil-ħwienet tal-lokalità u kjosks ta’ informazzjoni għat-turisti li jinsabu madwar Malta u Għawdex.

Ġie mniedi wkoll sit elettroniku ġdid: www.visitkalkara.com, fejn minbarra li tista’ titniżżel l-istess mappa, wieħed jista’ jaċċessa informazzjoni dwar l-istorja tal-Kalkara u tagħrif ieħor biex jgħin lill-utent jinteraġixxi u jintegra fil-komunità u n-negozji lokali.
Dan il-proġett sar fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni wirt il-Kalkara.  L-għan tal-Assoċjazzjoni  huwa dak li tpoġġi l-Kalkara fuq il-mappa bħala destinazzjoni turistika. Issa t-turisti u l-viżitaturi Maltin għandhom l-opportunità jippjanaw ġurnata jew tnejn bħala eskursjoni u mixja madwar il-Kalkara.
Is-Sindku s-Sur Wayne Aquilina saħaq dwar il-potenzjal tal-Kalkara. Faħħar din l-inizjattiva u jinsab kburi li permezz ta’ dan il-proġett l-identita’ Kalkariża tista’ tiġi apprezzata mhux biss mill-Kalkariżi, iżda mill-Maltin u l-Għawdxin, kif ukoll turisti. Appella sabiex aktar nies, speċjalment familji, jiġu l-Kalkara u jgawdu l-ġmiel storiku li tħaddan din il-lokalita’.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com