Raġel Jaqa’ Minn fuq Ċint Għal Ġo Wied
Għall-ħabta 16.00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza tagħha fil-limiti tal-wied fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, minħabba li kien weġġa’ raġel.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Serb kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq ċint u ġie ġol-wied.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.