Raġel Ta’ 32 Sena Jweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex

Raġel ta’ 32 sena, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra u nofs (1030hrs), fi Triq Gedrin, r-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn van Isuzu Rodeo misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Għarb u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 32 sena, residenti Għajnsielem.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.