Raġel Ta’ 35 Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Allegat Attività Sesswali Ma’ Minuri
Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji u dawk mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid wasslu għal-arrest ta’ Raġel mill-Pakistan ta’ 32 sena b’rabta ma’ allegat attività sesswali ma’ minuri.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.