Raġel Ta’ 36 Sena Jindarab F’Inċident Tat-Traffiku F’Birkirkara

Raġel ta’ 36 sena mill-Mali, indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Fleur De Lys meta l-vittma ntlaqt minn karozza ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena li tgħix Ħaż-Żebbuġ.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.