Reat Kriminali Jekk Persuna Tgħajjar Oħra Bid-Diżabilita Tagħha

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ħabret li ser tkun qed tiġi imnedija konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali biex jitqies bħala reat kriminali li wieħed jgħajjar persuna oħra minħabba d-diżabilita tagħha.
Dan tħabbar waqt diskussjoni miftuħa bejn 20 stakeholder differenti organizzata mid-dipartiment responsabli mill-aspett soċjali fil-futbol f’ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA.
Farrugia Portelli qalet li l-futbol huwa dixxiplina oħra li permezz tagħha nistgħu nippromwovu l-inklużjoni irrispetivament mill-ġeneru, l-eta’ jew l-abbilta’. Hija temmet tgħid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jipproteġi l-minoranzi.
Ritratt: DOI