Rebħiet Għal Gżira U. FC u Valletta FC

 Rebħiet Għal Gżira U. FC u Valletta FC

Fl-ewwel żewġ logħbiet mis-17 il-ġurnata tal-Kampjonat Premier, Gżira United FC u Valletta FC ir-reġistraw rebħiet importanti kontra Tarxien Rainbows FC u Balzan FC rispettivament.

Fl-ewwel partita fic-Centenary Stadium Gzira United għelbu lill-Tarxien Rainbows b’żewġ goals fit-tieni taqsima. Kien Nicky Muscat li poġġa lill-maroons fil-vantaġġ fil-55 minuta biex fil-93 minuta Ricardo Correa skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal skor finali ta’ 2 – 0.

Fit-tieni partita, Valletta FC ir-reġistraw l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Jose Antonio Mendes Cardoso b’gowl li wasal minn penalty xi ftit jew wisq kontroversjali skurjat minn Miguel Angel Alba fl-44 minuta.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com