“Sa Issa Ħadd Mill-Opożizzjoni Ma Feraħ Lil Oliver Scicluna Iżda Ħolqu Kontroversja!” – Il-PM

 “Sa Issa Ħadd Mill-Opożizzjoni Ma Feraħ Lil Oliver Scicluna Iżda Ħolqu Kontroversja!” – Il-PM

Il-Prim Ministru beda billi tkellem dwar Oliver Scicluna fejn qal li din il-ġimgħa turi kemm li dejjem tikber u titgħallem. Semma kif kien hemm 3 co options min-naħa tal-Opożizzjoni u min-naħa tal-Gvern. “Għall-Opożizzjoni jgħaddi kollox u ħaddieħor ma jista’ jagħmel xejn?” Dan b’referenza għall-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech li daħal b’co-option u sal-lum, ħadd mill-Opożizzjoni għadu ħadd ma feraħ lil Oliver anzi ħolqu kontroversja.

Qal li dan meta suppost qed jiċċelebraw il-progress fir-rigward tad-Diżabbilità f’pajjiżna. Spjega li suppost fehemna li dan kien mument ta’ għaqda nazzjonali u jsaqsi għaliex kien hawn min ma ħadhiex. Dan kien messaġġ li apparti kien t’għaqda nazzjonali, kien ukoll favur l-inklużjoni.

Kompla jitkellem dwar din is-sena ta’ sfida fejn ġew salvati mal-mitt elf impjieg. Tenna kif il-qagħad reġa’ beda nieżel ġimgħa wara ġimgħa u llum ninsabu f’mument b’inqas qagħad minn Marzu li għadda. U dan meta għadna fil-pandemija.

Spjega kif se imnedija t-tieni skema tal-vawċers malli jkun il-mument. “L-element ewlieni fi żmien kruċjali, kien li nwieżnu lin-nies!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com