“Sfortunatament Bdejna L-2021 Bi Proposta Ta’ Drive-In Cinema Wara T-Torri Mamo!”
“Sfortunatament bdejna s-sena 2021 bi proposta ta’ żvilupp mhux tas-soltu: Drive-in Cinema wara t-Torri Mamo!” Hekk inkiteb fil-paġna ta’ Wirt iż-Żejtun fejn tennew li għalkemm dan ma jaqax fil-konfini taż-Żejtun tal-lum iżda f’Wied il-Għajn, hemm rabtiet storiċi u anke soċjali fost iż-Żwieten li ħassew id-dmir li jiġbdu l-attenzjoni u anke jwasslu l-oġġezzjoni tagħhom fuq dan l-iżvilupp.
Intqal li l-applikant huwa s-sid tar-raba’ stess li hemm madwar it-Torri Mamo fejn qiegħed jipproponi drive-in cinema għal 56 karozza. Sostnew li jifhmu li din l-idea twieldet fil-mument tal-pandemija tal-Covid-19 iżda jsaqsu jekk din tibqax treġi anke wara?!
Enfasizzaw li dan l-iżvilupp jista’ jiġi akkomodat f’siti li diġà huma kommessi b’xi żvilupp ieħor u “mhux tittieħed raba’ verġni qrib binjiet storiċi u f’inħawi rurali.”
Dan l-iżvilupp jidher li jista’ jħalli impatt negattiv sew fuq is-sit storiku; it-Torri Mamo u l-Knisja ta’ San Gejtanu u l-Awtorità naqset milli tiskedahom.
Possibbli se nibqgħu sejrin hekk u nifgaw kull imkejjen li għandna?! Intom x’taħsbu dwar dan?!