“Sibna Qattus ‘Persian’ Quddiem Il-Bieb Tad-Dar” – Elaine Degiorgio

Elaine Degiorgio kitbet fil-grupp Rubs Puppy Love dwar is-sejba differenti li sabet tistennieha quddiem il-bieb tad-dar; qattus tar-razza ‘persian’.
Bil-permess tagħha qaltilna li tixtieq li forsi jinstab is-sid tiegħu. Jidher li ntilef f’Ħal Tarxien u issa nġabar mill-Animal Welfare biex ikun trattat għaliex sfortunatament instab xi ftit stressjat u mweġġa’ b’xi demm.
Ejja nemmnu li forsi ntilef jew ħarab u nisperaw li jsib daru fl-iqsar żmien possibbli.