Sofra Daqqiet Ta’ Martell Wara Argument F’San Ġiljan
Ilbieraħ għall-ħabta tat-15.15, daħlu żewġt irġiel – Ruman ta’ 35 sena u Kolombjan ta’ 45 sena fl-Għassa ta’ San Ġiljan u allegaw li kienu għadhom kemm ġew aggrediti minn raġel ieħor. Ftit wara, daħal raġel ieħor ta’ 35 sena fl-Għassa u allega li kellu argument ma’ żewġ persuni.
Minħabba li Ruman kellu xi dmija, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li kien qam argument bejniethom fi Triq San Ġorġ u allegatament, ir-Ruman sofra daqqiet ta’ martell.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: The Malta Independent