Sparatura F’Bormla Lbieraħ Filgħaxija… Il-Pulizija Tkellem 4 Persuni

 Sparatura F’Bormla Lbieraħ Filgħaxija… Il-Pulizija Tkellem 4 Persuni

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-21.00, seħħet sparatura fi Triq id-Dejqa f’Bormla wara argument.  Il-Pulizija qed tkellem 4 persuni b’rabta ma’ dan il-każ; żewġ Maltin u żewġ barranin biex tara x’kien il-mottiv wara dak li ġara.

Il-Kelliem għall-korp tal-Pulizija Brandon Pisani kkonferma li kien sparat tir wieħed u li l-arma li ntużat, qiegħda fil-pussess tal-pulizija.

Ġiet elevata wkoll sikkina li allegatament intużat waqt l-argument.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com