Studji Juru Li T-Tfal Jimirdu U Jxerrdu L-Coronavirus Daqs Nofs L-Adulti

 Studji Juru Li T-Tfal Jimirdu U Jxerrdu L-Coronavirus Daqs Nofs L-Adulti

Ħafna nnutaw li diversi każijiet ta’ Covid-19 fl-iskejjel kienu jinvolvu lill-għalliema aktar milli l-istudenti, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-proporzjon taż-żewġ gruppi. Riċerka li saret fl-Iżlanda skopriet ir-raġuni għal dan.

L-istudju li sar fl-Iżlanda wassal għal evidenza ċara dwar l-impatt tat-tfal fit-tixrid tal-coronavirus. Ir-riċerkaturi fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa u l-kumpanija deCODE genetics f’Reykajavik wettqu l-istudju fuq 40,000 adult, adulta, tifel u tifla li kienu fi kwarantina wara li possibilment kienu esposti għall-virus. L-istudju seħħ fir-rebbiegħa li għaddiet.

Minn dan l-istudju primarjament ħareġ li tfal taħt il-15-il sena għandhom nofs iċ-ċans tal-adult li jimirdu bil-coronavirus u li jferrxuh. Filfatt, il-maġġoranza tat-tfal li jkun pożittivi għall-coronavirus ikunu laqqtuh mill-adulti u mhux minn tfal oħrajn. Dan ifisser li minkejja li t-tfal xorta waħda jistgħu jimirdu bil-coronavirus, iċ-ċans li dan iseħħ huwa 50% inqas miċ-ċans li adult jew adulta j/timrad bl-istess virus.

Din l-analiżi kellha mpatt kbir fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet dwar jekk l-iskejjel għandhom jagħlqu jew le. Minkejja li ħafna pajjiżi żammew l-iskejjel miftuħa għal diversi xhur, fl-aħħar jiem bosta għażlu li jerġgħu jagħlqu l-iskejjel. Fost l-oħrajn, Boris Johnson lbieraħ ħabbar lock-down nazzjonali wara li n-numru ta’ każijiet kull ġurnata qabeż il-50,000 għal diversi ġranet konsekuttivi. Illum ir-Renju Unit kellu aktar minn 60,000 każ ġdid.

Jidher li t-tfal għandhom immunità akbar għal dan il-virus, iżda minħabba l-vjarant li jinfirex 70% aktar, inti taħseb li l-iskejjel għandhom jibqgħu miftuħa jew wasal iż-żmien li jerġgħu jingħalqu għal xi żmien?

Ritratt: Science News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com