Tasal Malta L-Ikbar Konsenja Tat-Tilqima Sa Issa

 Tasal Malta L-Ikbar Konsenja Tat-Tilqima Sa Issa

Illum f’pajjiżna waslet l-akbar konsenja tat-tilqima sa issa. Din tammonta għal eluf ta’ dożi; liema konsenja qed tinħażen f’maħżen tas-Central Procurement and Supplies Unit.

Jidher li bħalissa għaddejjin bidliet kbar fil-linja tal-produzzjoni bl-iskop li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda li qed tikber għal dan il-vaċċin kontra l-Covid-19.

Dan wassal ukoll biex tnaqqset ftit il-konsenja lejn l-Ewropa iżda ma kienx il-każ lejn Malta hekk kif illum rajna konsenja b’eluf ta’ dożi li kien fiha d-doppju minn kemm kien maħsub primarjament.

Il-vjaġġi qed isiru bi skorta mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-ħażna qed tkun mgħassa kontinwament.

Ritratt: https://www.europeanpharmaceuticalreview.com/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com