Terġa’ Tibda Taħdem Il-Funtana Fi Ġnien Ħidmet Il-Volontarjat Fil-Mellieħa

Fl-aħħar ġimghat sar xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fuq il-funtana li tinsab fi Ġnien Ħidmet il-Volontarjat fil-Mellieħa. Dan tħabbar mis-Sindku tal-lokal Dario Vella li rringrazzja lill-ħaddiema tad-diviżjoni tat-tindif u l-manutenzjoni ta’ Clean Malta u anki lil Ramon Deguara li “reġghu taw l-ħajja lil din il-funtana”.
Vella qal ukoll fiż-żmien li ġej se jkun qed isir xogħol simili f’dan l-istess ġnien u f’ġonna oħrajn madwar il-Mellieħa. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jgħaddi l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu fejn meħtieġ.