Tgħid L-Ilbies Tal-Maskra Naqqas L-Irjiħat U L-Influwenzi Din Is-Sena?

Spiss qed tinstema’ din il-frazi; “Din is-sena għadni ma mradtx bl-influwenza” u dlonk jibdew jirraġunaw li dan grazzi għall-ilbies tal-maskra.
Mingħajr ma nintebħu, malli wieħed jitkellem, minn ħalqu jtir ċerti mikrobi li jinfirex għal fuq il-persuni ta’ quddiem, inkluż il-mard li nsejħulu tax-xitwa bħall-influwenza.
Tgħid il-maskra se tibda tkun meħtieġa tintlibes imqar fix-xitwa biss? Kulħadd jieħu gost jimrad inqas le?!