Tifel Ta’ 13-Il Sena Jintlaqat Minn Karozza Fir-Rabat

 Tifel Ta’ 13-Il Sena Jintlaqat Minn Karozza Fir-Rabat

Tifel ta’ 13-il sena weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 a.m.  wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn
mara ta’ 30 sena, li tgħix r-Rabat.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com