Tiftakruħ ma’ Floriana.. Bolasie jingħaqad ma’ Middlesbrough u transfers oħra

 Tiftakruħ ma’ Floriana.. Bolasie jingħaqad ma’ Middlesbrough u transfers oħra

Yannick Bolasie se jkompli l-istaġun fiċ-Championship ma’ Middlesbrough.

Huwa ngħaqad magħhom b’self mingħand Everton f”din il-mixja għal dan il-player li fl-istaġun 2007/2008 ratu jilgħab f’Malta ma’ Floriana u b’kuntrarju għal barranin oħra li jħallu Malta u jintilfu, Bolasie kompla jikber fil-karriera tiegħu li ratu jilgħab ma’ klabbs importanti fosthom Crystal Palace, Aston Villa, Anderlecht, Sporting Lisbon u propju Everton li għadhom propjetarji tiegħu minkejja li reġa ġie misluf.

Sadanittant fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti qabel jagħlaq nhar it-Tnejn, b’self ukoll Jesse Lingard issieħeb ma’ West Ham mingħand Manchester United, Martin Odegaard beda avventura ġdida m’Arsenal b’self mingħand Real Madrid, Ainsley Maitland-Niles għaddej f’taħdidiet ma’ diversi klabbs fosthom West Brom hekk kif il-possibiltajiet li jħalli lil Arsenal b’self qed jikbru, it-Tork Cenk Tosun mistenni jħalli lil Everton u jirritorna pajjiżu t-Turkija ma’ Besiktas.

Fl-Italja għajnejn kulħadd tinsab fuq it-tluq imminneti tal-Bożnijak Edin Dzeko min ma’ Roma, għaddejjin taħdidiet dwar tpartit ma’ Alexis Sanchez bejn Inter u Roma, għal Dzekok jidher li hemm ukoll il-possibilta ta’ Manchester United.

Id-difensur Federico Fazio jista’ jissieħeb ma’ Parma b’self mingħand Roma, u komplikata s-sitwazzjoni ta’ Lucas Torreira, li qed jattira nteress minn Inter fl-eventwalita tat-tluq ta’ Christian Eriksen, għal Torreira daħlu ukoll Monaco, l-player propjeta ta’ Arsenal iżda mhux fil-pjanijiet tal-manager Mikel Arteta qed jinteressa ukoll lil Valencia.

Wieħed irid jara ukoll is-sitwazzjoni nċerta tal-Ingliż Dele Alli ma’ Tottenham, bil-player li ftit għandu relazzjoni tajba mal-manager tiegħu Jose Mourinho, ilu jissemma li jista’ jiċċaqlaq, Paris St. Germain jibqgħu l-ewwel destinazzjoni possibli tiegħu iżda ż-żmien jidher kontra tagħhom f’dan is-suq ta’ Jannar siegħat biss qabel jagħlaq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com