Tisħaq Fuq Bidla Fil-Qorti Wara Li Żagħżugħ Intbagħat 3 Xhur Ħabs Fuq Każ Li Seħħ 8 Snin Ilu

 Tisħaq Fuq Bidla Fil-Qorti Wara Li Żagħżugħ Intbagħat 3 Xhur Ħabs Fuq Każ Li Seħħ 8 Snin Ilu

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar sejħet bħala inġusta d-deċiżjoni tal-qorti kriminali li llum ikkundannat lil Jean-Marc-Dalli, żagħżugħ ta’ 25 sena tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li tmien snin ilu ttraffika sitt pilloli ecstasy.

Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Cutajar qalet li bid-deċiżjoni tagħha, sabet ġuvni ħati ta’ att kriminali li wettaq meta kellu 18, u kkundannatu għal 3 xhur ħabs.

Dan minkejja li kellu kondotta nadifa u kkopera mal-Pulizija tul l-investigazzjoni.

Qalet li tul dawn it-8 snin, dan iż-żagħżugħ leħaq kiber, immatura, u illum imexxi intrapriża.

Waqt li ma daħlitx fil-merti ta’ dan il-każ, għax qalet li għadu m’għalaqx iż-żmien għall-appell, argumentat li meta żagħżugħ jitħalla f’limbu legali għal 8 snin fuq att li wettaq meta kien għadu żagħżugħ, joħroġ ċar li għandna problema fil-Qrati tagħna.

“Naf li bħalu hemm ħafna li għaddejjin minn dan il-martirju – għalija, din is-sistema ma nista’ qatt insejħilha ġusta”, qalet Cutajar waqt sostniet li għandna bżonn id-determinazzjoni u l-kuraġġ biex sistema li ilha xxekkilna għal snin twal nibdluha, illum qabel għada.

https://www.facebook.com/rosiannecutajar/photos/a.593253470749201/4945688512172320

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com