Titħabbar Il-Mewt Ta’ Soru Maħbuba F’Għawdex: “Tlifna Pilastru, Irbaħna Qaddisa”

 Titħabbar Il-Mewt Ta’ Soru Maħbuba F’Għawdex: “Tlifna Pilastru, Irbaħna Qaddisa”

Dalgħodu l-iskola Laura Vicuna fl-Għasri Għawdex ħabbret il-mewt ta’ Sister Elsa li ħadmet diversi snin f’din il-komunita’ waqt li minn taħt idejha għadded mijiet ta’ studenti fis-snin li serviet bħala għalliema.

Kien għexieren li mill-ewwel kitbu fuq il-midja soċjali dwar kif jiftakru lil Sr Elsa, kumment li spikka kien dak ta’ Fr Eric Cachia li kiteb “tlifna pilastru, irbaħna qaddisa”, hu kompla jgħid li l-familja Salesjana midjuna lejn Sr Elsa li issa tingħaqad mal-ġemgħa qaddisa u tkanta mal-korijiet tal-anġli.

Spikkaw kummenti oħra dwar kif se jibgħqu jiftakru lil Sr Elsa bħala persuna ġentili u jiftakru t-tbissima ġenwina tagħha.

https://www.facebook.com/LauraVicunaSchool/photos/a.1051311854949781/3630857010328573

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com