FILMAT: “Tlift Il-Kontroll Tal-Karozza, Ħriġt Niġri U Fi 8 Sekondi L-Karozza Kienet Fil-Baħar” – Sewwieqa Fiċ-Ċirkewwa

 FILMAT: “Tlift Il-Kontroll Tal-Karozza, Ħriġt Niġri U Fi 8 Sekondi L-Karozza Kienet Fil-Baħar” – Sewwieqa Fiċ-Ċirkewwa

L-amministratur tal-paġna ta’ Facebook Raniero’s Adventures – Live Life, tella’ filmat miġbud minn sewwieqa li rat il-karozza tagħha titkaxkar mal-mewġ għal ġol-baħar fi 8 sekondi.

Il-mara qalet li telgħet iċ-Ċirkewwa sabiex taqbad il-vapur t’Għawdex u minħabba li ma ratx il-vapur fiż-żona tas-soltu, iddeċidiet li tiċċekja jekk il-vapur kienx qed jopera mis-south quay. Hija u nieżla n-niżla tas-south quay, ħassitha li qed titlef il-kontroll tal-vettura, hekk kif il-baħar kien qawwi u l-mewġ beda tiela sew fuq l-art. Minnufih hija qabżet mill-karozza tagħha għal fuq l-art filwaqt li rat il-karozza tagħha tinħataf mill-baħar f’temp ta’ 8 sekondi. Hija ġibet filmat ta’ dak li kien qed jiġri quddiemha.

L-amministatur ta’ Ranieros’ Adventures appella għal aktar sinjali li jindikaw il-periklu ta’ din iż-żona. Huwa qal li meta mar jogħdos fis-South Quay iltaqa’ ma’ 3 karozza mgħarrqa taħt il-baħar. Dan huwa sinjal ċar biżżejjed li wieħed għandu jevita din iż-żona, speċjalment fil-maltemp.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com