Trump Jaċċetta T-Telfa Wara L-Inċidenti Tal-Bieraħ u L-Vot Kungress
Il-President Donald Trump formalment aċċetta t-telfa tal-elezzjoni presidenzjali kontra Joe Biden minkejja li ma jaqbilx magħha.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar ukoll li se jkun hemm proċess ta’ transizzjoni ‘ordnata’ biex Joe Biden jieħu l-kariga ta’ president fi żmien ġimgħatejn.
Din id-dikjarazzjoni saret permezz ta’ Tweet li fiha Trump qal li “Anki jekk ma naqbilx totalment mar-riżultat tal-elezzjoni, madankollu se jkun hemm transizzjoni ordnata sal-20 ta ‘Jannar.”
Iktar kmieni il-Kungress iċċertifika r-rebħa ta’ Joe Biden fl-elezzjoni tat-3 ta’ Novembru.
Ir-riżultat finali tal-elezzjoni presidenzjali kien konfermat mill-Kungress tal-Istati Uniti bi 306 vot tal-eletturi favur Joe Biden u 232 voti tal-eletturi għal Donald Trump.
Dan seġġ wara l-protesti ħorox li qamu f’Capitol Hill ilbieraħ u li ħallew 4 persuni mejta.