Valerie Vella u L-Kantant Aidan Se Jiftħu Qalbhom…

Fost ħafna stejjer u kurżitajiet, SIBTEK tas-sibt 30 ta’ Jannar se jlaqqgħana ma’ għarajjes li żżewġu fil-pandemija u oħrajn li qed jippjannaw it-tieġ tagħhom. Tkellmu dwar il-mod ta’ kif wieħed m’għandu jaqta’ qalbu biex iwettaq ħolma, tkun xi tkun iċ-ċirkustanzi.
Il-preżentatriċi Valerie Vella se titkellem fuq esperjenza li għaddiet minnha dan l-aħħar u l-Kantant Aidan se jirrakonta ħafna esoerjenzi li għadda minnhom, fosthom il-bullying.
Fuq nota aktar divertenti, ir-residenti żgħażagħ ta’ Sibtek se jitrattaw personalitajiet barranin u dawk Maltin li għamlu trattatamenti ta’ kirurġija estetika u kożmetika.
Sewgu SIBTEK; programm li se jkun wieħed ta’ kurżita’, pożittiv u divertenti .