“Verament Jagħtu Kasek U Jieħdu Ħsiebek Mill-Isptar!”

 “Verament Jagħtu Kasek U Jieħdu Ħsiebek Mill-Isptar!”

Din il-frażi qed nisimgħuha spiss. Niltaqgħu ma’ nies li esperjenzaw il-Covid-19 fil-familja jew fuqhom infushom u lkoll kliem wieħed ikollhom; dak ta’ tifħir lejn il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

Persuna qrib tagħna li kellha l-ġenituri t-tnejn li huma pożittivi għall-Covid-19 qaltilna li baqgħet impressjonata bil-mod ta’ kif trattaw lill-familja tagħha. “Kuljum iċemplu u jsaqsuk, u mhux sempliċiment rutina. Juru interess u jieħdu ħsiebek verament!”

Persuna oħra qaltilna hekk: “Mhux talli jċemplulek, talli jgħidulek biex ikellmu persuna persuna fid-dar.”

Dan għandna nxandruh ukoll u għandna nħossuna kburin bis-sistema ta’ saħħa f’pajjiżna.

Ejja nitgħallmu nirikonoxxu dak kollu li pajjiżna joffrieh tajjeb u ninqatgħu mill-irbit politiku biex infaħħru kif għandu jkun. Fejn ħaqqu apprezzament dak jew dik li jkun/tkun, jew settur jew ieħor, għandu jingħata b’maturità.

Prosit tassew u j’Alla, il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa; mill-kbir saż-żgħir, ikollhom sena mimlija ġid u saħħa.

Ritratt: um.edu.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com