“Waqt Il-Pandemija Ħassejt Li Intom L-Anzjani Kontu L-Aktar Li Ħassejtu N-Nuqqas…” – Alex Borg
Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali u membru tal-MŻPN Alex Borg kiteb messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook indirizzat lejn l-anzjani, fejn esprima l-gratitudni tiegħu lejhom.
“L-anzjani prijorita’! F’dawn iż-żminijiet tal-pandemija ħassejt li intom l-anzjani kontu l-aktar li ħassejtu n-nuqqas ta’ wliedkom u qrabatkom. Jiena ħassejt id-dwejjaq li ma nistax inkun qrib tagħkom biex nibqa’ nispruna u nitgħallem mill-għerf u l-valuri sodi tagħkom”, qal Borg.
Intant, fl-aħħar jiem huwa beda jżur lill-anzjani kif jista’, b’mod virtwali. Huwa qal li l-kuntatt li kellu mal-anzjani sa issa imlih b’sodisfazzjon u kuraġġ. Permezz ta’ dan il-kuntatt mal-anzjani ħass ukoll l-uġiegħ li qed jgħaddu minnu huma matul il-pandemija.
Ara l-messaġġ sħiħ ta’ Alex Borg hawn: