Wara Nuqqas T’14-Il Sena Kienet Ħarġet Santa Liena…
Fit-18 ta’ Jannar tal-1950, Papa Piju XII kien ħareġ digriet biex permezz tiegħu jgħolli lit-tempju Elenjan għad-dinjità ta’ Bazilika Rumana. Din kienet aħbar kbira u sabiħa mmens li ntlaqgħet sew mhux biss mill-Karkariżi imma wkoll mill-poplu. Irridu nżommu f’moħħna l-kuntest taż-żmien li dwaru qed nitkellmu: 1950’s.
Jidher li f’dik is-sena, wara nuqqas ta’ 14-il sena milli ssir il-festa ta’ Santa Liena minħabba l-Gwerra Dinjija, din kienet iċċelebrata kif jixhed ir-ritratt li tella’ Marcio Ghio.
X’tifkiriet sbieħ!