Xjentist Russu Jisħaq Li Wieħed Għandu Jevita L-Konsum Tal-Alkohol Sa 3 Ijiem Wara Li Jitlaqqam

 Xjentist Russu Jisħaq Li Wieħed Għandu Jevita L-Konsum Tal-Alkohol Sa 3 Ijiem Wara Li Jitlaqqam

Ix-xjentist Russu Alexander Gintsburg tkellem ma’ New Scientist dwar l-impatt li jista’ jkollu l-alkohol fuq il-vaċċin tal-Covid-19. Gintsburg huwa l-Kap taċ-Ċentru Nazzjonali Gamaleya tal-Epidemoloġija u l-Mikrobijoloġija f’Moska, iċ-ċentru wara l-iżvilupp tal-vaċċin Sputnik V. Minkejja dan, Gintsburg qal li t-teorija tiegħu dwar l-importanza li wieħed jevita l-alkohol meta jieħu l-vaċċin japplika għall-vaċċini kollha tal-Covid-19 u mhux għall-vaċċin li qed jiżviluppaw huma biss.

Skont dan ix-xjentist jekk wieħed jikkonsma l-alkohol wara li jkun ħa l-vaċċin tal-coronavirus, jista’ jnaqqas ir-rispons immunitarju għal-vaċċin u saħansitra jista’ jwassal sabiex il-vaċċin ikun ineffettiv. “Nirrakkomandaw li wieħed jevita l-alkohol sa tliet ijiem wara li jkun ħa l-vaċċin”, tenna Gintsburg.

Studju li sar fl-Iżvezja fl-2012 sab li konsum ta’ alkoħol baxx għal moderat ibaxxi r-rispons infjammatorju għal vaċċin kontra pnewmonja kkawżata minn batterju. Ir-riċerkaturi ddefinixxew dan il-livell ta’ konsum ta’ alkoħol bħala konsum medju ta’ inqas minn 30 gramma kuljum, bejn wieħed u ieħor daqt tliet grokkijiet ta’ vodka.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com