X’Sab Jean Paul De Lucca F’Qoxra Ta’ Ktieb?

Jean Paul De Lucca, li huwa isem fil-qasam tal-filosofija u l-istorja tal-ideat, tella’ ritratt interessanti fuq facebook minn ktieb li ssellef mil-librerija.
Il-ktieb huwa tal-1939 u fuq ġewwa tal-qoxra tiegħu sab kitba interessanti u li hija sinonima ma’ dak li għaddejjin bħalissa fejn tirreferi għal dak iż-żmien fejn il-qarrejja, kienu mitluba jirrapurtaw lil-librar lokali f’każ ta’ mard infettiv fid-dar waqt li l-ktieb ikun fil-pussess tagħhom.
Interessanti mmens!