Żewġ Qassisin Jitressqu L-Qorti T’Għawdex Akkużati Bi Stupru Ta’ Tifel
Dalgħodu żewġ qassisin li qed ikunu akkużati b’allegat stupru fuq minorenni tressqu l-Qorti ta’ Għawdex.
Preżenti barra l-awla hemm l-allegat vittma tal-abbużi sesswali minn żewġ saċerdoti.
L-Ewwel li tressaq il-qorti kien Dun Ġużepp Sultana ta’ 84 sena mwieled u joqgħod ix-Xagħra u wieġeb mhux ħati.
Il-Maġistrat Monica Vella ma laqgħetx talba għal divjett ta’ isem is-saċerdot. Orndat iżda li isem l-allegat vittma ma jixxandar b’ebda mod.
Il-Qorti laqgħet rikors biex l-allegat vittma jixhed illum billi jgħix barra minn Malta.
Il-Qassis l-ieħor li se jitressaq huwa Josepih Cini li kien il-Kappillan tal-Għasri bejn l-1992 u l-2004.
Ilbieraħ, il-Pulizija qalet li l-arrest sar wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet, bil-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji li ġabret biżżejjed provi biex tkun tista’ tipproċedi kriminalment fil-konfront ta’ żewġ qassisin. Intqal li l-allegati abbużi seħħew diversi snin ilu, meta l-allegat vittma kien abbati.