Kampjonat Veterani – L-Ewwel Rebħa Għal MFPA

 Kampjonat Veterani – L-Ewwel Rebħa Għal MFPA

Is-selezzjoni tal-Malta Football Players Association kisbet l-ewwel rebħa fil-Kampjonat Kia tal-Veterani b’rebħa ta’ 6-4 kontra Rabat Serkin, li kienu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals.

Għal MFPA skurjaw William Borg (2), Florin Paun, Luke Cauchi (2) u Charlo Magro, filwaqt li għal Rabat skurjaw Adrian Mifsud (2), Darren Galea u Justin Felice.

Wardija FC ukoll fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals fil-logħba tagħhom kontra Ħamrun Spartans Veterans bil-logħba tispiċċa 4-4.

Michael Borg Olivier (2), Bjorn Sjoberg u Pierre Spiteri skurjaw għal Wardija, b’John Buttigieg, Dino Cachia (2) u Donald Gatt iwieġbu għall-Ispartans.

Birkikara St Helen komplew bil-mixja pożittiva tagħhom b’rebħa ta’ 5-1 fuq Żejtun Red Stars b’hat-trick tat-top-scorer tal-kampjonat Glenn Barry, goal ta’ Trevor Cilia u own goal ta’ Nikolay Filipov, b’dan tal-aħħar jiskorja wkoll il-goal tat-team tiegħu.

Luxol St Andrews  għelbu lil Gozo Glory 8-5 b’Gilbert Scerri jispikka għal-Luxol b’erba’ goals, bil-goals l-oħra jaslu minn John Soler, Alex Busuttil (2) u Michael Galea.

Għall-Għawdxin skorja erba’ goals Carlo Leonardi u l-goal l-ieħor skurjah Errol Grima.

Klassifika: Birkirkara St Helen 15, Luxol St Andrews 13, Hamrun Spartans 7, Zejtun Red Stars 6, Wardija FC 4, MFPA 4, Gozo Glory 3, Rabat Serkin 0

 

Ritratt: Malta Veterans Football Association

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com