40 Jum Wara L-Milied… Għaliex Il-Qniepen Idoqqu Llum?

 40 Jum Wara L-Milied… Għaliex Il-Qniepen Idoqqu Llum?

llum, jaħbat l-40 jum wara l-Milied, u l-Knisja tfakkarna fil-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju u fil-Purifikazzjoni tal-Verġni Marija.

Erbgħin jum wara t-twelid ta’ Ġesù, il-Madonna u San Ġużepp marru fit-tempju biex jagħmlu ċerimonja reliġjuża li kienet preskritta fil-Liġi ta’ Mosè biex joffru t-tarbija tagħhom bħala l-ewwel wild lil Alla. L-għan ta’ din iċ-ċerimonja kien biex il-Lhud jifhmu li l-ulied ta’ Alla, afdati f’idejn il-ġenituri, li flok Alla, kellhom jieħdu ħsiebhom.

Il-Liġi kienet tgħid ukoll li l-għonja kellhom joffru ħaruf u ħamiema bħala offerta; fil-waqt li l-foqra joffru par gamiem jew żewġ bċieċen. Din tal-aħħar kienet l-offerta tal-Madonna u ta’ San Ġużepp, għax kienu fqar.

Il-Knisja tagħmel din il-festa mhux biss biex tfakkarna f’din il-ġrajja, iżda wkoll biex tħajjarna nerġgħu inġeddu l-offerta tagħna nfusna lil Alla.

Maż-żmien ħadet l-isem tal-Gandlora li ġeja minn candela; xemgħa. Fejn bħal-lum, 2 ta’ Frar, il-kleru kien joffri xemgħa lill-Gran Mastru f’quddies kkonċelebrata bħala turija ta’ tiġdid tal-fidi tagħhom. Irridu niftakru li l-Ordni kienet teokrazija; jiġifieri il-knisja u l-istat fl-istess ħin.

Interessanti hux?!

Ritratt: Gozo Diocese (Ritratt meħud fl-2019)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com