Aktar Minn €311,071 Jinġabru fi 12-Il Siegħa B’Risq Hospice Malta
F’Maratona ġbir ta’ fondi b’risq Hospice Malta f’Jum San Valentinu nġabru aktar minn €311,017.
Fil-maratona li bdiet f’nifsinhar sa nofsillejl inġabru fondi b’risq il-proġett St Michael Hospice li se jservi bħala l-ewwel kumpless għall-kura paljattiva f’Malta, u se jgħin lill-eluf ta’ pazjenti u familji tagħhom li llum jużaw is-servizzi tal-Hospice b’xejn.
Hospice Malta tipprovdi u tippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva lill-pazjenti li qed jissieltu mal-kanċer, motor neuron disease, mard tal-qalb, mard respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied. Bħalissa Hospice tgħin iktar minn 1,300 familja fis-sena, b’iktar pazjenti jiġu bżonn is-servizzi tagħhom.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jibqa’ jagħti d-donazzjonijiet lil Hospice Malta permezz tas-sit https://hospicemalta.org/supporting-hospice/donations/