“Aktar Relevanti Minn Qatt Qabel” – Maria Desira
“Aktar relevanti minn qatt qabel”, kitbet Maria Desira li għandna l-kburija li hija waħda mill-ġurnalisti fi ħdan Stradarjali.com.
Dan meta xxerjat filmat lura mill-2018 meta kienet tifforma parti mit-tim investigattiv ta’ Xarabank li kien iddiskuta d-dipressjoni.
Qed ngħixu f’mument kemmxejn iebes; il-pandemija tal-Covid-19. Biss biss, il-fatt li l-ħin kollu nisimgħu dwaru, ukoll jgħajjik.
M’għadniex nistgħu nagħmlu dak li konna mdorrijin bih qabel. Is-safar inqata’. Il-kuntatt naqas u ħa forma oħra. In-norma l-ġdida li qed ngħixu, ma tindarax malajr minn kulħadd.
Tkellem issa… hawn l-għajnuna. Iftaħ qalbek. Agħmel kuraġġ u tkellem… Importanti.