ARA: ‘Heart Emoji’ Minn AIDAN Għal Żmien San Valentinu

 ARA: ‘Heart Emoji’ Minn AIDAN Għal Żmien San Valentinu

AIDAN għadu kemm nieda diska ġdida, fuq kliem u mużika tiegħu stess, bl-isem ta’ Heart Emoji. Ma’ din il-kanzunetta huwa ħareġ ukoll Lyric Video, propju għal żmien San Valentinu.

Heart Emoji fuq stil pop kummerċjali b’togħoma ta’ ħsejjes mis-snin 80, titratta dwar kemm taf tkun xi ħaġa impekkabbli l-imħabba. Fil-kanzunetta AIDAN jgħid li għandu x-xorti li sab imħabba vera u jgħid li qatt ma basar kemm ser taffetwaħ fil-pożittiv.

AIDAN qal li għall-ewwel darba qed jaħdem fuq kanzunetti bil-lingwa Maltija u jinsab ħerqan biex jaqsam dawn il-kanzunetti mal-poplu Malti. Huwa qal “Nemmen li għandu jkollna iżjed kanzunetti bi’ stil kummerċjali bil-Malti fuq ir-radjijiet u bħalissa qed naħdem propju fuq dan.”

Għal darb’oħra AIDAN qed jaħdem fuq l-aħħar kanzunetti tiegħu ma’ Wicked&Loud Records u r-record label Ingliża Believe.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com