Araw Xi Ġralu Dan Il-Kelb Minħabba Traskuraġni Uman
Fil-gruppp Din l-Art Ħelwa – Mellieħa, ittella’ ritratt ta’ kelb sabiħ li b’dak li ġralu, ma tistax ma tiġikx ħniena.
Intqal: “Dak li jiġri meta narmu madum mkisser ġo għelieqi abbandunati.”, fejn sar enfasi fuq l-importanza tax-xogħol li nwettqu biex nirrapurtaw kull tip ta’ skart madwarna u fil-kampanja.
Huwa minna nfusna li għandha tiġi biex nieħdu ħsieb u naħsbu ftit… Skart mormi barra ma jagħmel xejn tajjeb; la għall-ambjent u wisq anqas għal saħħitna.
Fortunatament, il-kelb irkupra 100% fil-100%.