Arrestat Wara Li Nqabad Bil-Ħaxixa Fi Fliexken Tal-Kafe’

 Arrestat Wara Li Nqabad Bil-Ħaxixa Fi Fliexken Tal-Kafe’
Raġel ta’ 28 sena mill-Gambja kien arrestat dalgħodu wara li ammont ta’ droga nstabet fl-appartament tiegħu.
Huwa ġie arrestat waqt spezzjonijiet minn Uffiċjali tal-Immigrazzjoni u dawk mir-Rapid Intervention Unit.
Il-Pulizija qale tli r-raġel ma kellux dokumenti ta’ identifikazzjoni u kien akkumpanjat fir-residenza tiegħu sabiex tiġi vverifikata l-identità ma’ dokumenti uffiċjali.
Fl-appartament, l-uffiċjali nnutaw xi oġġetti li jintużaw fl-użu u l-bejgħ tad-droga u waqt tfittxijiet ulterjuri nstabet ammont ta’ droga suspettata ħaxixa tal-cannabis u boroż bl-istess droga lesta biex tinbiegħ.
Huwa qed jinżamm arrestat filwaqt li l-investigazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għadhom għaddejjin.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com