Bil-Filmat: “100 Ruħ Ikantaw F’Kamra Kienet Normalità Li Llum Tbeżża’ N-Nies…” – Pamela Bezzina
“Valletta 18 rehearsals -Żmien sabiħ għax kienet okkażżjoni unika; imma l-iktar għax 100 ruħ ikantaw f’kamra kienet normalita’ li llum tbeżża’ n-nies, u li m’għadhiex possibbli!” Hekk esprimiet fuq facebook, il-kantanta bravissima u mimlija enerġija, Pamela Bezzina fejn staqsiet jekk insaqsux il-mistoqsija: “Kif spiċċajna hux?”
Kompliet tispjega x’inhu n-normali issa, cioe’, issaqsi, filwaqt li taħseb ukoll dwar kemm konna nieħdu l-mument ‘for granted’ u mur għidilna minn xhiex kellna ngħaddu.
Dan il-filmat, minnu nnifsu huwa festa ta’ ferħ, mużika u kant sabiħ li kien esebit fil-Valletta 18 fil-festa kbira li saret fil-Kapitali Maltija.
“L-inkwiet tagħna li tagħmel ix-xita dakinhar tal-esibizzjoni, jew li xi ħadd minna jimrad – mela pandemija? aqqas kienet tgħaddi mill-kurituri ta’ moħħi!”, tenniet Bezzina.
Temmet billi sellmet lill-kantanti kollha ħbieb tagħha: “Nimmissjakom ħbieb kantanti tiegħi – ibqgħu kantaw xorta, u tieqfux toħolmu; dak li jżommna ħajjin!”
Kuraġġ u tislima kbira lill-artisti kollha f’pajjiżna. Żgur li qalbhom magħfusa bħalissa u joħolmu li llum qabel għada, jisbaħ il-jum aħjar.