BIL-FILMAT – Rwol bla mistenni fuq il-pitch għall-players f’logħba fil-Portugall

 BIL-FILMAT – Rwol bla mistenni fuq il-pitch għall-players f’logħba fil-Portugall

Tazza Portugiża l-Erbgħa filgħaxija, players ta’ Porto u Braga kostretti f’nofs logħba jimbuttaw ambulanza li spiċċat bil-ħsara f’nofs il-pitch.

Il-logħba kienet taħraq, semifinali l-ewwel leg tat-Tazza fil-Portugall, meta d-difensur ta’ Braga David Carmo sofra injury kerha ħafna waqt il-logħba tant li lanqas seta’ jinġarr lejn l-ambulanza li minflok kellha tidħol għalih f’nofs ta’ pitch.

Carmo inċidentalment huwa player interessanti ħafna u qed jiġi segwit minn Liverpool u Manchester United.

Il-player ta’ Porto li kkometta l-foul Luis Diaz safa mkeċċi wara din id-daħla fis-sebgħin minuta.

Wara li l-player midrub ittella fl-ambulanza biex jittieħed l-isptar, l-ambulanza ma’ setgħetx tistartja biex ix-xufier kemmxejn umiljat kien kostrett jgħajjat lill-players fuq il-pitch ħalli jtuħ imbuttatura.

B’xorti tajba l-intervent tal-players miż-żewġ naħat kien kruċjali biex l-ambulanza reġgħet startjat u l-player midrub ittieħed lejn l-eqreb sptar.

Il-logħba għall-kronaka spiċċat 1-1, Porto fil-vantaġġ kmieni, spiċċaw iżda lejn l-aħħar jilgħabu b’disgħa players, għaliex apparti Diaz tkeċċa player ieħor, Braga approfittaw u kisbu d-draw 1-1 fl-aħħar ħinijiet tal-partita.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com