BIR-RITRATTI – Wara Shevchenko 24 sena ilu.. Mbappe Sar L-Ewwel Player b’Hat-trick Kontra Barcelona fil-UCL

 BIR-RITRATTI – Wara Shevchenko 24 sena ilu.. Mbappe Sar L-Ewwel Player b’Hat-trick Kontra Barcelona fil-UCL

RITRATTI – UEFA

UEFA Champions League – Rawnd tas-Sittax l-Ewwel Leg 

Probabbilment l-aqwa attakant fid-dinja fil-prezent, hat-trick hero it-Tlieta filgħaxija, l-Franċiz Kylian Mbappé għen lil Paris St. Germain jersqu ferm viċin kwalifikazzjoni għall-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League dan l-istaġun.

Rebħa ta’ 4-1 barra minn darhom għaċ-Champions Franċizi fin-Nou Camp li biha ġabu fix-xejn lil Barcelona, li tal-anqas f’din il-logħba, dehru d-dell tat-tim qawwi li kellhom sa ftit staġuni ilu.

Barcelona 1-4 Paris St. Germain

Mbappe sar biss it-tieni player fl-istorja taċ-Champions League li skorja trippletta għand Barcelona fin-Nou Camp, l-ewwel wieħed kien il-famuz Andriy Shevchenko ERBGĦA U GĦOXRIN SENA ILU.

Fin-Nou Camp, id-djufija ta’ Barcelona dan l-istaġun ħarġet fil-beraħ, f’darhom kellhom ibaxxu rashom f’telfa 4-1 kontra l-qawwa ta’ Paris St. Germain immexxija għall-ewwel darba fl-Ewropa mill-manager Mauricio Pochettino U mingħajr zewġ pedini mportanti bl-isem ta’ Angel Di Maria u fuq kollox Neymar.

Katalani fil-vantaġġ min penalty ta’ Lionel Messi (27), draw immedjat għal-Franċizi ta’ Kylian Mbappe ħames minuti wara, sal-mistrieħ 1-1.

Fit-tieni taqsima, mill-ġdid Kylian Mbappe (65), Moise Kean (70) u l-hat-trick personali, dejjem miċidjali quddiem il-lasta avversarja, reġa Kylian Mbappe li fil-ħamsa u tmenin minuta, prattikament serraħ ras PSG minn passaġġ għall-Kwarti Finali tal-kompetizzjoni u qabel il-logħba ta’ ritorn.

RB Leipzig 0-2 Liverpool

Sa fl-aħħar tasal rebħa għal Liverpool, il-mument ħazin fil-Premier League tefawħ f’ġenb u b’wirja stupenda għelbu lill-Ġermanizi Red Bull Leipzig 2-0.

Bħal PSG, anke r-Reds b’sieq waħda ġewwa mal-aħħar tmienja ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuza dan l-istaġun.

Logħba li titqies barra minn darhom għal Liverpool minkejja li ntlgħabet f’venue newtrali minħabba travel ban marbut mal-pandemija COVID-19 impost minn diversi pajjizi Ewropej fosthom il-Ġermanja li ssospendew il-wasliet kollha minn pajjizi bħar-Renju Unit, milquta dan l-aħħar minn zieda sinjifikanti fil-kazijiet tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus.

Il-Puskás Aréna ta’ Budapest fl-Ungerija ospita dan il-konfront, b’Leipzig il-home team joħorġu tajjeb izda kienu Liverpool li b’zewġ goals f’temp ta’ ħames minuti fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu rebbieħa biex kisbu dan il-vantaġġ komdu għalihom qabel il-partita ta’ ritorn f’dan ir-Rawnd tas-Sittax.

Goals għat-tim tal-manager Jurgen Klopp minn Mohamed Salah fit-53 minuta u Sadio Mane (58), ironikament l-ex goalkeeper ta’ Liverpool li kien qed jilgħab f’pajjizu l-Ungerija, Peter Gulacsi bejn il-lasti ta’ RB Leipzig megħlub darbtejn.

L-Erbgħa zewġ partiti oħra mill-ewwel legs ta’ din il-fazi tal-kompetizzjoni, fl-azzjoni Juventus f’Estádio do Dragão imorru għand Porto, zewġ outsiders b’opportunita għal tim minnhom li jingħaqad mal-aqwa tmien timijiet fl-Ewropa fil-Kwarti tal-Finali hekk kif f’Estadio Ramón Sánchez-Pizjuán, l-holders tal-UEFA Europa League, Sevilla, jilqgħu f’darhom lil Borussia Dortmund.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com