Birkirkara FC Jirritornaw Għar-Rebħ

 Birkirkara FC Jirritornaw Għar-Rebħ

Fl-aktar logħba mistennija mill-Kampjonat Premier Malti l-Erbgħa filgħaxija, Birkirkara FC irritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Valletta FC 2 – 0. Gowl kull taqsima kienu biżżejjed għat-tim immexxi minn Andre’ Paus sabiex jiksbu t-tlett punti wara t-telfa tat-tmiem il-ġimgħa kontra Hamrun Spartans.

Kien Luke Montabello li poġġa lill-Birkirkara fil-vantaġġ fil-38 minuta b’Caio Henrique jissiġġila r-rebħa sitt minuti mit-tmiem.

Anke Lija Athletic irritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Senglea 3 – 1. Kien Brendan Fernando li poġġa lil Lija fil-vantaġġ fil-23 minuta b’Junior Dibolo iġib il-gowl tad-draw tlett minuti biss wara. Lija reġaw marru fil-vantaġġ mas-siegħa logħob permezz ta’ Miguel Jimenez Perez u fil-71 minuta Luis Soares Pedro Gusso għamel ċert mit-tlett punti bit-tielet gowl għal Lija.

Fl-aħħar logħba tal-Erbgħa filgħaxija Mosta għelbu lill-Gudja United 1 – 0 bl-uniku gowl tal-partita jiġi skurjat fil-93 minuta minn Clayton Failla.

 

Ritratt: Valletta FC Media

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com