BOV Premier – Statistika u analiżi wara MD18.. u l-logħob li jmiss

 BOV Premier – Statistika u analiżi wara MD18.. u l-logħob li jmiss

RITRATT – Domenic Aquilina

Tmien partiti oħra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, nifs għal Balzan fit-taqtiegħa kontra r-relegazzjoni wara rebħa komda 4-1 fuq Mosta, anke Sliema W. waqfu serje negattiva b’rebħa fl-aħħar ħinijiet 1-0 fuq Santa Lucia.

Lija Athletic u Senglea Athletic aktar viċin il-kundanna b’telfiet kontra Birkirkara u Ħamrun Spartans rispettivament.

Ħamrun rebħa minima 1-0, xejn konvinċenti iżda biżżejjed biex kisbu r-raba’ suċċess mill-aħħar ħames ħarġiet, jibqgħu favoriti għar-rebħ tat-titlu, iżda jsegwuwhom hemm Hibernians u Gżira United li b’rebħiet identiċi ta’ 2-0 żammew il-pass u ħajja l-isfida għar-rebħ tal-Kampjonat.

Ta’ Raħal Ġdid għelbu lill-ġirien Tarxien Rainbows, fil-logħba prinċipali b’goal f’kull taqsima l-Ħadd, Gżira United għelbu lil Valletta.

Valletta u Floriana d-diżappunt tal-istaġun sa issa, l-bidla fil-kowċ għal Valletta sa’ issa ma’ ħalliet l-ebda effett, Floriana tilfu 2-1 ma’ Sirens, issa verament iċ-Champions iridu jibdew jinkwetaw mill-biża tar-relegazzjoni, bejn il-Ħadd u t-Tnejn kienu għaddejjin manuvri biex jinbidlu xi ndividwi fil-kumitat b’Johann Said li qed jingħad li jista’ jirritorna fit-tmexxija bħala President u probabbilment miegħu se jdaħħal nies ġodda u tal-fiduċja tiegħu.

Finalment kelma ta’ tifħir għal Żejtun Corinthians li b’rebħa 1-0 fuq il-ġirien Gudja United għamlu pass importanti lejn it-tragward tas-salvazzjoni, kampjonat mill-aqwa sa issa għaż-Żwieten, kull logħba mpressjonaw, ġili ukoll kienu msawta mid-deċiżjonijiet tar-referees f’ċerti logħbiet, iżda Orosco Anonam bħala kowċ qed jagħmel biċċa xogħol fid-direzzjoni t-tajba lejn l-ambizzjonijiet tal-klabb li jżomm postu f’dan l-ewwel staġun mal-kbar għal Żejtun Corinthians.

Logħob li jmiss :-

L-Erbgħa 3 ta’ Frar – Centenary Stadium – fil-5pm – Gudja United v Gżira United, 9pm – Lija Athletic v Tarxien Rainbows.
L-Erbgħa 3 ta’ Frar – Hibernians Stadium – fis-6.30pm – Valletta v Sliema Wanderers.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar – Centenary Stadium – 5pm – Żejtun Corinthians v Birkirkara, 9pm – Floriana v Santa Lucia
Is-Sibt 6 ta’ Frar – Hibernians Stadium – 2pm – Lija A. v Balzan, 6pm – Mosta v Gżira United.
Is-Sibt 6 ta’ Frar – Stadium Nazzjonali – 2pm – Tarxien Rainbows v Sirens, 6pm – Sliema W. v Senglea A.
Il-Ħadd 7 ta’ Frar – Stadiujm Nazzjonali – 2pm Valletta v Hibernians, 6pm – Ħamrun Spartans v Gudja United.
L-Aqwa Skorers :-
13-il goal Yuri Messias (Gudja United).
12-il goal Franklin Sasere (Ħamrun Spartans, Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers), Bojan Kaljevic (Mosta).
11-il goal Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)
10 goals Jake Grech (Hibernians)
9 goals Maxuell Maia (Gżira United), Jurgen Degabriele (Hibernians), Jorge Ailtonn Soares (Ħamrun Spartans), Erjon Beu (Lija Athletic)
8 goals Predrag Dordevic (Ħamrun Spartans), Luke Montebello (Birkirkara).
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com