Covid-19: L-Ammonti Reġgħu Qed Ikunu Kbar!

 Covid-19: L-Ammonti Reġgħu Qed Ikunu Kbar!

Għalkemm il-festi tal-Milied issa ilhom li għaddew sew, kif ukoll ir-riperkussjonijiet viċini tagħhom, anke l-festi tal-Karnival fejn rajna attenzjoni mill-awtoritajiet biex in-nies ma jinġemgħux, donnu n-numri ma jridux jinżlu sew.

Illum reġa’ kien hemm 199 każ ġdid ta’ persuni pożittivi bil-virus tal-Covid-19 filwaqt li fiequ 106.

Irridu nkomplu nagħmlu moħħna hemm u din li qed insejħulha, ‘norma ġdida’, nieħdu ħsieb li ma noħduhiex ‘for granted.’

Spiss naraw nies bil-maskra taħt imneħirhom. Il-ħasil tal-idejn donnu ndara u jkun hemm min tisimgħu jgħidlek li nesa. L-użu tas-sanitizer għadu u se jibqa’ importanti ħafna għaż-żmien li ġej.

Ejjew niġbdu ħabel wieħed. Niftakru li t-tbatijiet mhux dawk li jidhru biss; hemm dawk relatati mas-saħħa mentali. Iżjed kemm niffukaw u naħsbu f’xulxin, iżjed innaqqsu r-rata tat-tixrid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com