Din Il-Frotta Taf Tkun Fatali!!!
Ħafna Maltin iqisu il-grejpfrut (tronġa bil-Malti) bħala frotta tajba għas-saħħa, fosthom ħafna nies li jridu jitilfu il-piż. Iżda wieħed għandu jkun kawt meta jieħu ċertu mediċina flimkien mà din il- frotta għax mhux it-togħma tal-grejpfruit biss taf tkun qarsa.
Diversi riċerki juru li l-grejpfrut tistgħa żżid jew tnaqqas l-effetti ta’ bosta mediċini orali. Dan għaliex hi fiha sustanzi li jistgħu jinterferixxu mal-mod li bih il-ġisem jassorbi u jimetabolizza il-mediċina.
B’rizultat ta’ dan l-ammont ta’ mediċina li tiċċirkola fid-demm tiżdied u tista’ tikkawża konsegwenzi gravi u okkażjonalment fatali. Fost dawn il-konsegwenzi fil-fatt insibu attakk ta’ qalb, trombosi, diffikultajiet respiratorji u ħsara fil-kliwi.
L-istudji wrew li anka tazza waħda meraq tal-grejpfrut tista’ tħalli effett għal tliet ijiem. Jiġifieri wieħed ma jistax jieħu tazza grejpfrut filgħodu u l-medicina bil-lejl, kif ħafna jagħmlu b’pilloli differenti, biex dawn ma jaffettwawx lil xulxin. Fost il-mediċinali li ma jmorrux tajeb mal-konsum ta’ din il-frotta insibu ċertu ditti ta’ pilloli orali għal:
Angina
Birth control
Pressjoni għolja
Kankru
Kolesterol
Anzjetà u dipressjoni
Aids/HIV
Dawn t’hawn fuq huma biss ftit mill-mediċini li jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jittieħdu mal grejpfrut. F’dawn iż-żminijiet moderni mimlija b’eluf ta’ kuri mediċinali, eluf ta’ Maltin qegħdin jieħdu xi pillola jew oħra fuq bażi regolari.
Għalhekk kull individwu għandu jaċċerta ruħu ma’ tabib jew spiżjar fuq il-mediċini tiegħu. Fil-fatt dan l-artiklu qed jiġi mwassal bi skop ta’ kawtela u jħeġġeġ għal aktar riċerka personali, imma tabilħaqq, kif jgħid il Malti bniedem avżat nofsu armat.
Ritratt: humboldt.global