Draw Bejn Sliema u B’Kara B’Tarxien Jirritornaw Għar-Rebħ
Fl-ewwel żewġ logħbiet mill-21 ġurnata tal-Kampjonat Premier, Birkirkara FC ġew miżmuma minn Sliema Wanderers filwaqt li Tarxien Rainbows rebħu dwell dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika kontra Senglea Athletic.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali draw ta’ 2 – 2 bejn Birkirkara u Sliema Wanderers. Danny Holla poġġa lill-Wanderers fil-vantaġġ fl-24 minuta b’Luke Montabello fil-31 minuta jagħmel l-skor 1 – 1. Wara tmien minuti fit-tieni taqsima Caio Henrique poġġa lill-stripes fil-vantaġġ għall-ewwel darba iżda Danny Holla sitt minuti mit-tmiem ġab id-draw għal Sliema għal skor finali ta’ 2 – 2.
Fic-Centenary Stadium Tarxien, taħt it-tmexxija issa ta’ Steve D’Amato, għelbu lill-Senglea 4 – 1. Darren Falzon fetaħ l-skor għal Tarxien fil-23 minuta b’Camillo Escobar fil-38 minuta jagħmilhom 2 – 0. Wara ħames minuti fit-tieni taqsima, Vito Plut għamel l-skor 3 – 0 iżda Senglea daħlu fil-partita b’goals minn Junior Dibola u David Xuereb għal 3 – 2. Madankollu Vito Plut reġa sab ix-xibka fil-83 minuta għal skor finali ta’ 4 – 2.
Ritratt: MFA