Emmnet Li Kienet F’Relazzjoni Miegħu U Bagħtitlu €58,000

 Emmnet Li Kienet F’Relazzjoni Miegħu U Bagħtitlu €58,000

Mara sfat vittma ta’ frodi wara li emmnet li kienet f’relazzjoni ma’ suldat Amerikan fl-Afghanistan u baghtitlu €58,000 biex tgħinu.

Tabi Ovi, ta’ 36 sena min-Niġerja u li jgħix is-Swieqi qed jinżamm taħt arrest fuq dak li jissejjaħ ‘frodi romantiku’.

Huwa wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. L-avukat tiegħu Rachel Tua ma talbitx il-ħelsien mill-arrest.

Hemm 5 persuni oħra relatati ma’ dan il-każ fosthom il-plejer tal-futbol Sunday Eboh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com