Eritrean Arrestat Wara Attentat Ta’ Serqa Fil-Marsa – Jhedded lill-Pulizija B’Martell

 Eritrean Arrestat Wara Attentat Ta’ Serqa Fil-Marsa – Jhedded lill-Pulizija B’Martell

Eritrean ta’ 18-il sena, qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad fil-fatt jisraq minn dar privata fit-Telgħa tal-Giżwiti, il-Marsa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ dalgħodu xħin il-Pulizija ġiet infurmata mir-residenti tal-istess dar li hemm bżonn l-assistenza għax issuspettaw li daħal xi ħadd biex jisraq.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post, bdew ifittxu fir-residenza u raw raġel fil-bitħa. Il-pulizija ordnaw lil dan ir-raġel biex jieqaf, imma minflokk, huwa qabad martell u beda jheddidhom bih.

Il-pulizija taw ordni lir-raġel biex ineħħi l-martell minn idu, iżda injora lordinijet u beda jersaq fid-direzzjoni tagħhom.

Kien hawn li kellu jintuża t-taser biex ir-raġel jiġi kkontrollat u ġie arrestat.

Ir-raġel ittieħed il-lock-up il-Floriana u minn tfittxija li saret fuqu, instabet sustanza aktarx kannabis.

Aktar tard, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, l-istess raġel ipprova iweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella tiegħu, iżda twaqqaf mill-ewwel b’intervent f’waqtu tal-Pulizija.

Huwa ttieħed l-isptar għal kura meħtieġa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com