FA Trophy – Santa Lucia v Mosta l-Akbar Attrazzjoni.. Ħamrun Jerġgħu Għal Għawdex.. Magħhom Anke Birkirkara

 FA Trophy – Santa Lucia v Mosta l-Akbar Attrazzjoni.. Ħamrun Jerġgħu Għal Għawdex.. Magħhom Anke Birkirkara

FA Trophy – Fażi tas-Sittax

Il-Ħamis filgħodu telgħu l-poloz tal-Kwarti Finali tal-FA Trophy, bid-dwell bejn żewġ aspiranti għall-Ewropa fi staġun ferm pożittiv għat-tnejn u ‘l fuq mill-aspettativi soliti tagħhom, Santa Lucia kontra Mosta l-aktar bilanċjat u forsi li jispikka l-aktar minn dawn it-tmien logħbiet mill-Fażi tas-Sittax tal-kompetizzjoni.

Ħamrun Spartans jerġgħu jilgħabu f’Għawdex, wara r-rebħa 3-1 kontra Sannat Lions fir-Round ta’ qabel il-ġimgħa li għaddiet, il-leaders tal-BOV Premier jerġgħu ikomplu l-vjaġġ tagħhom fit-Tazza dan l-istaġun b’disgħin minuta oħra fil-Gozo Stadium, din id-darba kontra Xagħra United.

Se jilgħabu Għawdex ukoll iżda fi sfida ferm aktar diffiċli Birkirkara, li telgħu biex jilgħabu kontra l-leaders attwali tal-Kampjonat Għawdxi, Għajnsielem.

Fuq il-karta polza faċli għal Gżira United u Valletta rispettivament kontra l-aħħar żewġ timijiet fil-Premier fil-preżent, Tarxien Rainbows u Senglea Athletic.

Għad jonqos partita mill-fażi tat-32 bejn Hibernians u Żejtun Corinthians, bir-rebbieħ minn dik il-partita jilgħab kontra tim li sejjer tajjeb fil-BOV Challenge League dan l-istaġun, Pembroke Athleta.

Naxxar Lions kontra St. Andrews u l-leaders taċ-Challenge League Marsa kontra Sirens għandhom ikunu żewġ logħbiet bilanċjati u li jistgħu imorru fuq kull naħa f’dan il-programm issa stabbilit mill-Fażi tas-Sittax tal-FA Trophy dan l-istaġun.

Poloz FA Trophy – Fażi tas-Sittax 

Santa Lucia v Mosta 
Gżira United v Tarxien Rainbows
Pembroke Athleta v Hibernians/ Żejtun C.
Xagħra United v Ħamrun Spartans 
Naxxar Lions v St. Andrews
Għajnsielem v Birkirkara
Senglea Atrhletic v Valletta
Marsa v Sirens 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com